8.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ April 2015 – Drogenhilfe Köln Projekt vs UASI (Rauschbrille)

(Kawża T-319/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Talba għal trade mark Komunitarja verbali Rauschbrille - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru distintiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 190/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Drogenhilfe Köln Projekt GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: V. Schoene, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Jannar 2014 (Każ R 1356/2013-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Rauschbrille bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Drogenhilfe Köln Projekt gGmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)   ĠU C 212, 07.07.2014.