14.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 414/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2015 – Hansen vs UASI

(Kawża T-264/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali WIN365 - Raġuni assoluta għal rifju t - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2015/C 414/38)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Robert Hansen (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Pütz-Poulalion, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Frar 2014, (Każ R 908/2013-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali WIN365 bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Robert Hansen huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 194, 24.06.2014.