|
27.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 138/48 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2015 – Novomatic vs UASI – Berentzen Mally Marketing plus Services (BLACK JACK TM)
(Kawża T-257/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BLACK JACK TM - Trade marks Komunitarji verbali u figurattivi preċedenti BLACK TRACK - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 138/62)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Novomatic AG (Gumpoldskirchen, l-Awstrija) (rappreżentant: W. Mosing, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Pohlmann, sussegwentement minn S. Hanne, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Berentzen Mally Marketing plus Services GmbH (Meerbusch, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Frar 2014 (Każ R 329/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Berentzen Mally Marketing plus Services GmbH u Novomatic AG.
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-18 ta’ Frar 2014 (Każ R 329/2012-4) hija annullata. |
|
2) |
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell. |