30.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 398/50


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2015 – The Smiley Company vs UASI (Forma ta’ wiċċ fi stilla)

(Kawża T-244/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ wiċċ fi stilla - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 398/63)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Smiley Company SPRL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Freitag u C. Albrecht, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Geroulakos u A. Folliard-Monguiral, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Jannar 2014 (Każ R 838/2013-1), dwar talba għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kostitwit minn forma ta’ wiċċ fi stilla bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-16 ta’ Jannar 2014 (Każ R 838/2013-1) hija annullata f’dak li jirrigwarda r-rifjut ta’ reġistrazzjoni tat-trade mark mitluba għal “frott u ħxejjex ippreżervati, iffriżati, imnixxfin u msajjrin; prodotti tal-ħalib”.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-partijiet għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 282, 25.8.2014.