30.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 398/49 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 7 ta’ Ottubru 2015 – The Smiley Company vs UASI (Forma ta’ wiċċ)
(Kawża T-243/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ wiċċ - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 398/62)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: The Smiley Company SRL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Freitag u C. Albrecht, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Geroulakos u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Jannar 2014 (Każ R 837/2013-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ wiċċ bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-16 ta’ Jannar 2014 (Każ R 837/2013-1), hija annullata għal dak li jirrigwarda r-rifjut ta’ reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għall-“frott u ħaxix ippreżervat, iffriżat, imnixxef jew imsajjar; prodotti tal-ħalib”. |
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
3) |
Il-partijiet għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess. |