30.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 398/48 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2015 – CBM vs UASI – Aeronautica Militare (TRECOLORE)
(Kawża T-228/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva TRECOLORE - Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti FRECCE TRICOLORI - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 398/60)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: CBM Creative Brands Marken GmbH (Zurich, l-Isvizzera) (rappreżentanti: U. Lüken, M. Grundmann u N. Kerger, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Aeronautica Militare – Stato Maggiore (Ruma, l-Italja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Jannar 2014 (Każ R 594/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Aeronautica Militare – Stato Maggiore u CBM Creative Brands Marken GmbH.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
CBM Creative Brands Marken GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |