4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Mejju 2016 – Il-Kummissjoni vs McCarron Poultry

(Kawża T-226/14) (1)

([“Klawżola ta’ arbitraġġ - Il-Ħames Programm Qafas għal attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (1998-2002) - Kuntratt li jikkonċerna l-qasam tal-‘Enerġija, Ambjent u Żvilupp sostenibbli’ - Xoljiment ta’ kuntratt - Rimbors ta’ parti mis-somom antiċipati - Interessi moratorji - Proċedura fil-kontumaċja”])

(2016/C 243/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Cappelletti u F. Moro, sussegwentement F. Moro, aġenti, assistiti minn R. van der Hout, avukat)

Konvenuta: McCarron Poultry Ltd (Killacorn Emyvale, l-Irlanda)

Suġġett

Rikors ippreżentat skont l-Artikolu 272 TFUE intiż sabiex il-konvenuta tiġi kkundannata sabiex tirrimborsa parti mill-antiċipu mħallas mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-kuntratt NNE5/1999/20229, flimkien mal-interessi moratorji.

Dispożittiv

1)

McCarron Poultry Ltd hija kkundannata tirrimborsa lill-Kummissjoni Ewropea s-somma ta’ EUR 900 662,25 flimkien ma’ interessi moratorji bir-rata ta’ 2,50 % fis-sena, li jiddekorru mill-1 ta’ Diċembru 2010 u sad-data tal-ħlas sħiħ tad-dejn.

2)

McCarron Poultry hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 212, 7.7.2014.