4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2016 – Mederer vs UASI – Cadbury Netherlands International Holdings (Gummi Bear-Rings)

(Kawża T-210/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Komunità Ewropea - Trade mark figurattiva Gummi Bear-Rings - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti GUMMY - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 118/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mederer GmbH (Fürth, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Sachs u O. Ruhl, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: V. Melgar u H. Kunz, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Cadbury Netherlands International Holdings BV (Breda, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A. Padial Martínez, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Diċembru 2013 (Każ R 225/2013-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Cadbury Netherlands International Holdings BV u Mederer GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Mederer GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 245, 28.7.2014.