23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – Schroeder vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-205/14) (1)

([“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Dumping - Importazzjoni ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat li joriġina miċ-Ċina - Regolament (KE) Nru 1355/2008 ddikjarat invalidu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti wara l-adozzjoni tar-regolament - Rikors għad-danni - Eżawriment tar-rimedji nazzjonali - Ammissibbiltà - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 [li sar Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009] - Dmir ta’ diliġenza - Rabta kawżali”])

(2015/C 389/49)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: I. Schroeder KG (GmbH & Co.) (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Landry, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. P. Hix, aġent, assistit inizjalment minn D. Geradin u N. Tuominen, sussegwentement minn N. Tuominen, avukati) u Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż li jikseb kumpens għad-danni allegatament imġarrba mill-fatt tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1355/2008, tat-18 ta’ Diċembru 2008, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (prinċipalment il-mandolin, eċċ.) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 350, p. 35), iddikkjarat invalidu bis-sentenza tat-22 ta’ Marzu 2012, GLS (C-338/10, Ġabra, EU:C:2012:158).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

I. Schroeder KG (GmbH & Co.) hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 212, 7.7.2014.