17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/12


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Settembru 2016 – Victor International vs EUIPO – Ovejero Jiménez u Becerra Guibert (VICTOR)

(Kawża T-204/14) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali VICTOR - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti victoria - Raġuni relattiva għal rifjut - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Natura tal-użu - Forma differenti permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv - Artikolu 15(1) u Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2016/C 383/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Victor International GmbH (Elmshorn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kaase u J.-C. Plate, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. García Murillo u A. Folliard Monguiral, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gregorio Ovejero Jiménez (Alicante, Spanja) u María Luisa Cristina Becerra Guibert (Alicante) (rappreżentant: M. Veiga Serrano, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-22 ta’ Jannar 2014 (Każ R 2208/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn G. Ovejero Jiménez u M. Becerra Guibert, minn naħa, u Victor International, min-naħa l-oħra.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Victor International GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 245, 28.7.2014.