|
30.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 191/23 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ April 2016 – Ben Ali vs Il-Kunsill
(Kawża T-200/14) (1)
((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija - Iffriżar ta’ fondi - Bażi legali - Inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent ibbażata fuq motivazzjoni ġdida wara l-annullament tal-miżuri ta’ ffriżar ta’ fondi preċedenti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għall-proprjetà - Proporzjonalità - Żball ta’ fatt - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjara effettiva - Użu ħażin ta’ poter - Dritt għall-ħajja - Dritt għar-rispett tal-ħajja tal-familja - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)
(2016/C 191/29)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Mehdi Ben Tijani Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen Ben Ali (Saint-Étienne-du-Rouvray, Franza) (rappreżentant: A. de Saint Remy, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Étienne u A. de Elera-San Miguel Hurtado, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/49/PESK, tat-30 ta’ Jannar 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28, p. 38), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 81/2014, tat-30 ta’ Jannar 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28, p. 2), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Mehdi Ben Tijani Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen Ben Ali għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |