|
18.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 121/22 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2017 – JingAo Solar et vs Il-Kunsill
(Kawża magħquda T-158/14, T-161/14 u T-163/14) (1)
([“Sussidji - Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinnati miċ-Ċina - Dazju kumpensatorju definittiv - Impenji - Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Portata tal-investigazzjoni - Teħid ta’ kampjuni - Definizzjoni tal-prodott ikkonċernat”])
(2017/C 121/32)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: JingAo Solar Co. Ltd (Ningjin, iċ-Ċina) u l-5 rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: inizjalment A. Willems, S. De Knop u J. Charles, sussegwentement A. Willems u S. De Knop, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Eweropea (rappreżentanti: B. Driessen, aġent, assistit minn B. O’Connor, solicitor, u S. Gubel, avukat)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. F. Brakeland, T. Maxian Rusche u A. Stobiecka Kuik, sussegwentement J. F. Brakeland, T. Maxian Rusche u A. Demeneix, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013, tat-2 ta’ Diċembru 2013, li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li huma kkunsinnati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU 2013, L 325, p. 66), sa fejn dan japplika għar-rikorrenti.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
JingAo Solar Co. Ltd u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
3) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess. |