26.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 354/32 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 Settembru 2015 – EE vs UASI -(rappreżentazzjoni ta’ tikek bojod fuq sfond isfar)
(Kawża T-143/14) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrapreżenta tikek bojod fuq sfond isfar - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2015/C 354/36)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: EE Ltd (Hatfield, ir-Renju Unit) (rappreżentant: P. Brownlow, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Rajh, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta’ Novembru 2013 (Każ R 703/2013-2), dwar talba għal reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrapreżenta tikek bojod fuq sfond isfar bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
EE Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż. |