31.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 402/33 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – PT Wilmar Bioenergi Indonesia u PT Wilmar Nabati Indonesia vs Il-Kunsill
(Kawża T-139/14) (1)
([“Dumping - Importazzjonijiet ta’ biodiesel li joriġina mill-Indoneżja - Dazji antidumping definittivi - Artikolu 2(3) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Valur normali - Spejjeż tal-produzzjoni”])
(2016/C 402/36)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: PT Wilmar Bioenergi Indonesia (Medan, l-Indoneżja) u PT Wilmar Nabati Indonesia (Medan) (rappreżentant: P. Vander Schueren, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Boelaert, sussegwentement H. Marcos Fraile, aġenti, assistiti minn R. Bierwagen u C. Hipp, avukati)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland, M. França u A. Stobiecka-Kuik, aġenti) u European Biodiesel Board (EBB) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: O. Prost u M.-S. Dibling, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1194/2013, tad-19 ta’ Novembru 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja (ĠU 2013, L 315, p. 2), sa fejn huma kkonċernati r-rikorrenti.
Dispożittiv
1) |
L-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1194/2013, tad-19 ta’ Novembru 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja, huma annullati sa fejn jikkonċernaw lil PT Wilmar Bioenergi Indonesia u lil PT Wilmar Nabati Indonesia. |
2) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dak sostnuti minn PT Wilmar Bioenergi Indonesia u minn PT Wilmar Nabati Indonesia. |
3) |
Il-Kummissjoni Ewropea u l-European Biodiesel Board (EBB) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess. |