18.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2015 – Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-126/14) (1)

((“FAEGG - Taqsima ‘Garanziji’ - FAEG u FAEŻR - Korrezzjoni finanzjarja applikata fuq il-bażi tan-nuqqas ta’ dikjarazzjoni tal-interessi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Obbligu li jiġu kkalkolati l-interessi - Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 - Prinċipju ta’ ekwivalenza - Obbligu ta’ diliġenza”))

(2016/C 016/36)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. K. Bulterman, J. Langer u M. Noort, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Kranenborg u P. Rossi, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/763/UE, tat-12 ta’ Diċembru 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 338, p. 81)

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/763/UE, tat-12 ta’ Diċembru 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), hija annullata sa fejn din tapplika għar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi korrezzjoni finanzjarja, li titla’ għal EUR 4 703 231,78, bħala interessi mhux iddikjarati marbuta ma’ djun relatati ma’ imposti addizzjonali mħallsa tardivament u li jippreċedu l-1 ta’ April 1993 u ma’ ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni indebitament imħallsa u li jippreċedu l-1 ta’ April 1995.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.


(1)  ĠU C 112, 14.4.2014.