|
30.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 398/44 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ottubru 2015 – Il-Kummissjoni vs Verile u Gjergji
(Kawża T-104/14 P) (1)
((“Appell - Appell inċidentali - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni nazzjonali - Proposti ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz - Att li ma jikkawżax preġudizzju - Inammissibbiltà tar-rikors fl-ewwel istanza - Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi - Ugwaljanza fit-trattament”))
(2015/C 398/55)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall, G. Gattinara u D. Martin, aġenti)
Appellati: Marco Verile (Cadrezzate, l-Italja) u Anduela Gjergji (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn D. de Abreu Caldas, J. N. Louis u M. de Abreu Caldas, sussegwentement minn J. N. Louis u N. de Montigny, avukati).)
Suġġett
Appell ippreżentat kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (Seduta Plenarja) tal-11 ta’ Diċembru 2013, Verile u Gjergji vs Il-Kummissjoni (F-130/11, ĠabraSP, EU:F:2013:195), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
|
1) |
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (Seduta Plenarja) tal-11 ta’ Diċembru 2013, Verile u Gjergji vs Il-Kummissjoni (F-130/11), hija annullata. |
|
2) |
Ir-rikors ippreżentat minn Marco Verile u minn Anduela Gjergji quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-130/11 huwa annullat. |
|
3) |
M. Verile u A. Gjergji minn naħa, u l-Kummissjoni Ewropea, min-naħa l-oħra, għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |