1.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 38/48 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2015 – LTJ Diffusion vs UASI – Arthur et Aston (ARTHUR & ASTON)
(Kawża T-83/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali ARTHUR & ASTON - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Arthur - Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Forma li hija differenti permezz ta’ elementi li jbiddlu l-karattru distintiv”])
(2016/C 038/62)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: LTJ Diffusion (Colombes, Franza) (rappreżentanti: inizjalment S. Lederman, sussegwentement F. Fajgenbaum, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Arthur et Aston SAS (Giberville, Franza) (rappreżentant: N. Boespflug, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-2 ta’ Diċembru 2013 (Każ R 1963/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn LTJ Diffusion u Arthur et Aston SAS.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
LTJ Diffusion hija kkundannata għall-ispejjeż. |