10.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 262/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ġunju 2015 – BMV Mineralöl vs UASI – Delek Europe (GO)

(Kawża T-60/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva GO - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti GO - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2015/C 262/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: BMV Mineralöl Versorgungsgesellschaft mbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. von Fuchs u I. Czernik, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Delek Europe BV (Breda, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Novembru 2013 (Każ R 382/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn BMV Mineralöl Versorgungsgesellschaft mbH u Delek Europe BV.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

BMV Mineralöl Versorgungsgesellschaft mbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 93, 29.03.2014