30.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 398/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2015 – Zentralverband des Deutschen Bäckerhandwerks vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-49/14) (1)

([“Indikazzjoni ġeografika protetta - ‘Kołocz śląski’ jew ‘Kołacz śląski’ - Proċedura ta’ annullament - Bażi legali - Regolament (KE) Nru 510/2006 - Regolament (UE) Nru 1151/2012 - Raġunijiet ta’ annullament - Drittijiet fundamentali”])

(2015/C 398/51)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Zentralverband des Deutschen Bäckerhandwerks eV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Jung, M. Teworte-Vey, A. Renvert u J. Saatkamp, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Guillem Carrau u D. Triantafyllou, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/663/UE, tal-14 ta’ Novembru 2013, dwar ir-rifjut ta’ talba għall-kanċellament ta’ isem imdaħħal fir-reġistru ta’ denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Kołocz śląski/kołacz śląski (IGP)] (ĠU L 306, p. 40).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Zentralverband des Deutschen Bäckerhandwerks eV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 112, 14.4.2014.