21.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/18 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ottubru 2015 – NetMed vs UASI – Sander chemisch-pharmazeutische Fabrik (SANDTER 1953)
(Kawża T-21/14) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SANDTER 1953 - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Sander - Raġuni relattiva għal rifjut - Rifjut parzjali tar-reġistrazzjoni - Prova tal-użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”))
(2015/C 429/24)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: NetMed Sàrl (Wasserbillig, il-Lussemburgu) (rappreżentant: S. Schafhaus, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Fischer, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Sander chemisch-pharmazeutische Fabrik GmbH (Baden-Baden, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 1846/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn NetMed Sàrl u Sander chemisch-pharmazeutische Fabrik GmbH.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
NetMed Sàrl hija kkundannata għall-ispejjeż. |