DIGRIET TAL-PRESIDENT TAT-TIENI AWLA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU TAL-UNJONI EWROPEA

24 ta’ Lulju 2014

Kawża F‑7/14

Christina Necheva

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Ftehim bonarju dwar it-tilwima — Artikolu 69(1) tar-Regoli tal-Proċedura — Ftehim tal-partijiet fuq inizjattiva tat-Tribunal — Tħassir tal-kawża”

Suġġett:      Rikors, ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA skont l-Artikolu 106a tiegħu, li permezz tiegħu C. Necheva talbet, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-18 ta’ Lulju 2013, li tnaqqas minn tliet snin għal sentejn il-perijodu tat-tiġdid tal-kuntratt tagħha bħala membru tal-persunal temporanju, kif din tirriżulta minn ftehim konkluż fit-23 ta’ Novembru 2011, u, min-naħa l-oħra, l-ammont ta’ EUR 45 000 bħala kumpens f’każ li ma jkunx possibbli li tiġi integrata mill-ġdid għal perijodu ta’ sena.

Deċiżjoni:      Il-kawża F‑7/14 hija mħassra mir-reġistru tat-Tribunal wara l-ftehim li ntlaħaq bejn C. Necheva u l-Kummissjoni Ewropea. C. Necheva u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż skont it-termini tal-ftehim tagħhom.

Sommarju

Rikors tal-uffiċjali — Ftehim bonarju dwar it-tilwima quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Tħassir tal-kawża mir-reġistru

(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu 69(1))

(ara l-punti 3 u 4)