16.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 89/46 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Diċembru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-141/14)
(2015/C 089/56)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u A. Tymen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba għad-danni mressqa mir-rikorrent, li kien vittma ta’ inċident gravi, minħabba n-nuqqas amministrattiv imwettaq mill-Kummissjoni li kienet responsabbli għall-ġestjoni tal-fajl mediku tiegħu u t-talba għall-kumpens tad-danni materjali u morali allegatament imġarrba.
Talbiet tar-rikorrent
— |
jikkundanna lill-konvenuta tikkumpensa d-dannu materjali u morali tiegħu; |
— |
sa fejn ikun meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni tal-24 ta’ Frar 2014, li tiċħad it-talba għad-danni tiegħu tal-15 ta’ Novembru 2013; |
— |
sa fejn ikun meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni tat-23 ta’ Settembru 2014, li tiċħad l-ilment tiegħu tat-23 ta’ Mejju 2004, ikkompletat permezz tan-nota tiegħu tas-17 ta’ Ġunju 2014; |
— |
jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha. |