|
19.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 16/50 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2014 – ZZ vs EMA
(Kawża F-135/14)
(2015/C 016/75)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot, avukati)
Konvenuta: L-Agenzija Ewropea tal-Medicini (EMA)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi assenjat stat mhux attiv.
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-EMA tal-31 ta’ Jannar 2014 li assenjat lir-rikorrent stat mhux attiv mill-1 ta’ Frar 2014 sal-allegata skadenza tal-kuntratt tiegħu fil-15 ta’ Marzu 2014, kif ukoll l-ittra tal-14 ta’ Marzu 2014 intiża allegatament sabiex “tikkjarifika” r-raġuni tal-istat mhux attiv assenjat lilu; |
|
— |
tannulla, sa fejn huwa neċessarju, id-deċiżjoni tal-EMA tal-15 ta’ Awwissu 2014 li ċaħdet l-ilment tar-rikorrent tal-24 ta’ April 2014 kontra d-deċiżjonijiet imsemmija iktar ’il fuq; |
|
— |
tirrimedja għad-dannu morali subit mir-rikorrent, stmat għal EUR 20 000; u |
|
— |
tikkundanna lill-EMA għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent għal dan ir-rikors. |