2.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 34/52


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2014 – ZZ vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża F-132/14)

(2015/C 034/64)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew li jeżegwixxu s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-12 ta’ Diċembru 2013, F-129/12, CH vs Il-Parlament, li jirrifjutaw li jiftħu investigazzjoni amministrattiva dwar l-ilment ta’ fastidju tar-rikorrenti, ħlas lir-rikorrenti ta’ ammont supplimentari ta’ kumpens finanzjarju u għoti lir-rikorrenti tal-benefiċċji u tal-aċċessorji kollha marbuta mal-eżistenza tal-kuntratt tagħha ta’ Assistenta Parlamentari Akkreditata li r-rexissjoni tiegħu ġiet annullata mit-Tribunal fis-sentenza tiegħu hawn fuq iċċitata, u talba għall-kumpens għad-danni materjali u morali allegatament subiti.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Marzu 2014, sa fejn din tirrifjuta li tiftaħ investigazzjoni amministrattiva dwar l-ilment ta’ fastidju tar-rikorrenti, u tat-2 ta’ April 2014, sa fejn din tirrifjuta tħallas lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 5  686, billi dawn id-deċiżjonijiet jesponu l-miżuri meħuda mill-istituzzjoni intiżi, skontha, sabiex jimplementaw is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-12 ta’ Diċembru 2013, fil-Kawża F-129/12, CH vs Il-Parlament Ewropew;

jannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Awwissu 2014, irċevuta fis-7 ta’ Awwissu 2014, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti tas-16 ta’ April 2014, sa fejn din tirrifjuta milli tħallas lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 5  686, milli tikkumpensa d-dannu tar-rikorrenti li jirriżulta mill-kisba tardiva ta’ beġġ tal-APA, ta’ indirizz elettroniku professjonali u ta’ aċċess għall-intranet tal-Parlament Ewropew, milli tiftaħ investigazzjoni amministrattiva dwar l-ilment tagħha ta’ fastidju u milli tikkumpensa d-dannu morali tar-rikorrenti li jirriżulta minn dan ir-rifjut tal-aħħar;

tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas ta’ danni, stabbiliti fl-ammont ta’ EUR 1 44  000 euros, bħala kumpensgħad-dannu materjali tar-rikorrenti;

jikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tad-danni, stabbiliti ex aequo et bono fl-ammont ta’ EUR 60  000, bħala kumpens għad-dannu morali tar-rikorrenti;

jikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tal-interessi moratorji, stabbiliti skont ir-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew b’żieda ta’ żewġ punti, fuq is-somom iċċitati iktar ’il fuq ta’ EUR 5  686 u EUR 1 44  000;

jikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.