12.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/61


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-131/14)

(2015/C 007/80)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: A. Salerno, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma żżidx is-salarju tar-rikorrent, li huwa membru tal-persunal bil-kuntratt, wara ż-żieda fis-sigħat ta’ xogħol għal 40 siegħa fil-ġimgħa bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tal-istatut il-ġdid fl-1 ta’ Jannar 2014.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla r-rendikont ta’ remunerazzjoni tiegħu għax-xahar ta’ Jannar 2014, sa fejn jirrifletti u jistabbilixxi diskriminazzjoni f’termini ta’ salarju bejnu u bejn kollega tiegħu li, filwaqt li jaħdem fl-istess settur bħalu u jeżerċita responsabbiltajiet inferjuri għal tiegħu, huwa rremunerat aħjar fuq il-livell tas-salarju gross;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha tal-proċedura.