12.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/58


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ottubru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-122/14)

(2015/C 007/74)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis, R. Metz u D. Verbeke, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Minn naħa, il-kostatazzjoni tal-inapplikabbiltà tar-Regolament 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni sa fejn jipprovdi s-sospensjoni tal-metodu ta’ adattament tar-remunerazzjonijiet u jintroduċi levy ta’ solidarjetà u, min-naħa l-oħra, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li tapplika dan il-levy ta’ solidarjetà mill-1 ta’ Jannar 2014 għar-remunerazzjoni tar-rikorrent minkejja r-remunerazzjoni tiegħu ma huwiex is-suġġett ta’ adattament għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sat-30 ta’ Ġunju 2015.

Talbiet tar-rikorrent

Jikkonstata l-inapplikabbiltà tar-Regolament 1023/2013 sa fejn jipprovdi s-sospensjoni mill-1 ta’ Lulju 2013 sat-30 ta’ Ġunju 2015 tal-metodu ta’ adattament tar-remunerazzjonijiet stabbilit fl-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal filwaqt li jintroduċi mill-ġdid, għall-istess perijodu, levy ta’ “solidarjetà” ta’ 6 %;

konsegwentement, jannulla d-deċiżjoni kkontestata;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.