26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/48


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2014 – ZZ vs Il-Kunsill

(Kawża F-118/14)

(2015/C 026/64)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: C. Garcia-Hirschfeld)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni ta’ uffiċjali fi gradi AD 9 sa AD 14 li jokkupaw pożizzjonijiet identifikati bħala li jinkludu responsabbiltajiet speċifiċi fl-impjieg tip “kap ta’ diviżjoni jew ekwivalenti” jew “konsulent jew ekwivalenti” qabel il-31 ta’ Diċembru 2015 u ma jqiegħdux ir-rikorrent fost l-uffiċjali li jibbenefikaw minn din il-klassifikazzjoni.

Talbiet tar-rikorrent

Jannulla d-Deċiżjoni tal-AIPN Nru 6/14 tat-3 ta’ Jannar 2014 u d-deċiżjoni sussegwenti li taffettwa 34 uffiċjali tal-Kunsill fl-impjiet tip “Kap ta’ diviżjoni jew ekwivalenti”;

Jannulla, kif ikun meħtieġ, id-deċiżjoni tat-23 ta’ Lulju 2014 li tiċħad l-ilment;

Tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.