26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/45


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-106/14)

(2015/C 026/59)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tattribbwixxi lir-rikorrent, mill-1 ta’ Jannar 2014, 2,5 jum biss ta’ leave addizzjoni bħala “leave għad-dar” minflok ma ngħata leave għal raġuni ta’ distanza ta’ 5 ijiem li kellu dritt għalih, abbażi tal-Artikolu 7 tal-Anness V tar-Regolamenti tal-Persunal, kif emendat bir-Regolament Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirriżulta mill-paġna “Drittijiet” tas-sit SYSPER u kkonfermata permezz tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru R/396/14 tat-2 ta’ Lulju 2014 ta’ ċaħda ta’ lment, u li tattribwixxi lir-rikorrent, sa mill-1 ta’ Jannar 2014, 2,5 jum ta’ leave supplimentari bħala “leave għad-dar”, minflok 5 ijiem bħala leave għal raġuni ta’ distanza li kien jibbenefika minnu qabel, abbażi tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 7 tal-Anness V tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.