|
1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/48 |
Rikors ippreżentat fit-31 ta’ Lulju 2014 – ZZ vs Impriża Konġunta ECSEL
(Kawża F-75/14)
(2014/C 431/77)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: V. A. Christianos, avukat)
Konvenuta: Impriża Konġunta ECSEL
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent stabbilit għas-sena 2012.
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
jannulla d-deċiżjoni kkontestata li biha ARTEMIS ċaħdet it-talba tar-rikorrent u annullat l-att ikkontestat adottat fil-15 ta’ Novembru 2013 mill-evalwatur ta’ appell dwar ir-rifjut motivat tar-rikorrent li jaċċetta l-kontenut tar-rapport ta’ evalwazzjoni għas-sena 2012; |
|
— |
jikkundanna lil Impriża Konġunta ECSEL għall-ispejjeż. |