28.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/32


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-50/14)

2014/C 245/43

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tagħti l-allowance tal-espatrijazzjoni lir-rikorrenti.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-3 ta’ Ottubru 2013 li tirrifjuta li tagħti l-allowance tal-espatrijazzjoni lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.