24.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 421/58 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ April 2014 – ZZ vs L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)
(Kawża F-39/14)
2014/C 421/83
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: A. Pappas, avukat)
Konvenuta: L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni li l-kuntratt tar-rikorrent ma jiġġeddidx u l-kumpens għad-dannu morali subit.
Talbiet tar-rikorrent
— |
tannulla d-Deċiżjoni ESMA/2013/ED/23, tat-28 ta’ Ġunju 2013, dwar in-nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt tar-rikorrent; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta tħallas danni kumpensatorji fl-ammont ta’ EUR 20 000 għad-dannu morali subit; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |