16.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 184/43


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2014 – ZZ vs SEAE

(Kawża F-27/14)

2014/C 184/72

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li permezz tagħha r-rikorrent tneħħa mill-post mingħajr tnaqqis tad-drittijiet tiegħu għall-pensjoni, b’effett mill-1 ta’ Frar 2014, fi tmiem proċedura dixxiplinari mibdija wara li r-rikorrent ġie akkużat mill-awtoritajiet nazzjonali għal frodi fil-kuntest tal-kuntratti pubbliċi Ewropej, falsifikazzjoni ta’ dokumenti u użu ta’ dokumenti ffalsifikati, ħasil tal-flus u korruzzjoni.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tas-16 ta’ Jannar 2014 li permezz tagħha s-SEAE neħħa mill-post lir-rikorrent, mingħajr ma naqqas id-drittijiet tiegħu għall-pensjoni.

jikkundanna lis-SEAE għall-ispejjeż.