16.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 184/43


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2014 – ZZ vs FRA

(Kawża F-25/14)

2014/C 184/71

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenuta: Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li ttemm il-kuntratt għal żmien indeterminat tar-rikorrent, tad-deċiżjoni li tiċħad l-ilment u li tagħti kumpens għad-danni morali u materjali subiti.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tad-Direttur tal-FRA ddatata 13 ta’ Ġunju 2013 li ttemm il-kuntratt għal żmien indeterminat tar-rikorrent;

jannulla d-deċiżjoni tad-Direttur tal-FRA ddatata 20 ta’ Diċembru 2013, li tiċħad l-ilment;

tagħti kumpens lir-rikorrent għad-dannu materjali tiegħu li jikkonsisti fid-differenza bejn, minn naħa waħda, l-allowance tal-qgħad li ser jirċievi minn April 2014 u, wara, kull dħul ta’ sostituzzjoni potenzjali jew nuqqas tiegħu u, min-naħa l-oħra, is-salarju sħiħ tiegħu, inklużi l-allowances kollha, ta’ EUR 7 850,33 sad-data tar-reintegrazzjoni sħiħa tiegħu fl-Aġenzija (flimkien ma’ interessi għal ħlas tardiv bir-rata ta’ 3 punti ’il fuq mir-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew);

tagħti kumpens adegwat lir-rikorrent għad-dannu morali kkawżat mid-deċiżjoni, li ma jistax jissewwa bl-annullament tad-deċiżjoni. Dan id-dannu morali huwa evalwat ex aequo et bono f’EUR 5 000 000;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.