16.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 184/40 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2014 – ZZ vs Il-Parlament
(Kawża F-15/14)
2014/C 184/66
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: A. Salerno, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament li jirrexxindi l-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrent fi tmiem il-perijodu ta’ estensjoni tal-perijodu ta’ prova tiegħu.
Talbiet tar-rikorrent
— |
jannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew bid-data tat-12 ta’ April 2013 li jkeċċih b’effett mill-15 ta’ Lulju 2013; |
— |
jiffissa għal EUR 45 000, flimkien mal-interessi moratorji, l-ammont tal-kumpens dovut lir-rikorrent fil-każ li l-Parlament Ewropew jinvoka impossibbiltà ġuridika għar-reintegrazzjoni tiegħu billi jaħtru bħala uffiċjal permanenti; |
— |
jikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż kollha. |