22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/28


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2014 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-7/14)

2014/C 85/49

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: A. Salerno, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tnaqqas għal sentejn minflok tliet snin l-estensjoni tal-kuntratt tar-rikorrenti bħala membru tal-persunal temporanju.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-18 ta’ Lulju 2013 li tnaqqas minn tliet snin għal sentejn l-estensjoni tal-kuntratt tar-rikorrenti bħala membru tal-persunal temporanju mogħtija permezz ta’ deċiżjoni tat-23 ta’ Novembru 2011;

tistabbilixxi l-ammont ta’ EUR 45 000, flimkien mal-interessi moratorji, bħala l-ammont tal-kumpens li jkun dovut lir-rikorrenti f’każ li l-Kummissjoni tkun, legalment, fl-impossibbiltà li tintegrha mill-ġdid għal perijodu ta’ sena;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.