22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/27


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2014 — ZZ vs L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni (EASA)

(Kawża F-3/14)

2014/C 85/46

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: T. Bontinck, A. Guillerme, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni (EASA)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-EASA li ġġedded il-kuntratt tar-rikorrent għal sena waħda biss minflok ħames snin, bi ksur tal-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008/KE.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tat-12 ta’ Marzu 2013 tal-Bord Amministrattiv li jġedded il-kuntratt tiegħu għal sena waħda biss;

konsegwentement, jannulla l-emenda Nru 2 għall-kuntratt ta’ xogħol tiegħu li ġġedded il-kuntratt għal perijodu ta’ sena;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.