20150731041616782015/C 270/591422014TFPC27020150817MT01MTINFO_JUDICIAL20150709444411

Kawża F-142/14: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Lulju 2015 – De Almeida Pereira vs Eurojust (Servizz pubbliku — Persunal ta’ Eurojust — Membru tal-persunal temporanju — Avviż ta’ pożizzjoni vakanti — Proċedura ta’ selezzjoni tal-kandidati — Eżami tal-kandidaturi minn kumitat ta’ selezzjoni — Ammissjoni għall-pass li jmiss tal-proċedura ta’ selezzjoni — Kundizzjonijiet — Evalwazzjoni tal-kriterji ta’ selezzjoni — Livell ta’ punti meħtieġa — Ċaħda tal-kandidatura — Rikors manifestament infondat fid-dritt — Artikolu 81 tar-Regoli ta’ Proċedura)


C2702015MT4410120150709MT0059441441

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Lulju 2015 – De Almeida Pereira vs Eurojust

(Kawża F-142/14) ( 1 )

“(Servizz pubbliku — Persunal ta’ Eurojust — Membru tal-persunal temporanju — Avviż ta’ pożizzjoni vakanti — Proċedura ta’ selezzjoni tal-kandidati — Eżami tal-kandidaturi minn kumitat ta’ selezzjoni — Ammissjoni għall-pass li jmiss tal-proċedura ta’ selezzjoni — Kundizzjonijiet — Evalwazzjoni tal-kriterji ta’ selezzjoni — Livell ta’ punti meħtieġa — Ċaħda tal-kandidatura — Rikors manifestament infondat fid-dritt — Artikolu 81 tar-Regoli ta’ Proċedura)”

2015/C 270/59Lingwa tal-kawża:l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Manuel Antonio De Almeida Pereira (Voorburg, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: E. H. Schulze, avukat)

Konvenuta: Eurojust (rappreżentanti: C. Deboyser u J. Carmona-Bermejo, aġenti, B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix ammess għall-fażi ta’ evalwazzjoni permezz ta’ intervista, fil-kuntest tal-kandidatura tiegħu għall-pożizzjoni ta’ konsulent għall-Uffiċċju tal-President ta’ Eurojust.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat.

2)

M. A. De Almeida Pereira għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn Eurojust.


( 1 ) ĠU C 81, 09.03.2015, p. 30.