24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/53


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Lulju 2015 – Roda vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-109/14) (1)

((Servizz pubbliku - Remunerazzjoni - Pensjoni tas-superstiti - Artikolu 27 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Dritt tal-konjugu ddivorzjat tal-uffiċjali li miet - Pensjoni tal-manteniment li tinkombi lill-uffiċjali li miet - Limitu tal-pensjoni tas-superstiti - Rikors manifestament infondat))

(2015/C 279/66)

Lingwa tal-kawża:it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Silvana Roda (Ispra, l-Italja) (rappreżentant: L. Ribolzi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett tal-kawża

It-talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma jiżdiedx l-ammont tal-pensjoni tas-superstiti li tibbenefika minnu r-rikorrenti li hija l-ex konjuga ta’ uffiċjal li miet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat.

2)

Roda għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 7, 12.01.2015, p. 54.