8.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/32


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ April 2015 – ED vs ENISA

(Kawża F-105/14) (1)

((Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Proċedura ta’ selezzjoni - Deċiżjoni ta’ ċaħda, fl-istadju tal-preselezzjoni, tal-kandidatura wara eżami minn Kumitat ta’ Selezzjoni - Assenza ta’ ilment imressaq fit-terminu stabbilit fir-Regolamenti tal-Persunal kontra deċiżjoni ta’ ċaħda tal-kandidatura - Talba għal informazzjoni - Tweġiba tal-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ mingħajr eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-kandidatura - Ilment imressaq kontra din it-tweġiba - Nuqqas ta’ osservanza tal-proċedura prekontenzjuża - Inammissibbiltà manifesta - Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura))

(2015/C 190/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ED (rappreżentanti: S. A. Pappas, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) (rappreżentanti: A. Ryan, aġent, D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li ma taċċettax il-kandidatura tar-rikorrenti għall-pożizzjoni ta’ “legal officer” indikata fl-avviż ta’ pożizzjoni vakanti ENISA-TA-AD-2013-05.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

ED għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni.


(1)  ĠU C 7, 12.01.2015, p. 53.