3.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 364/50


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Lulju 2016 – Hoeve vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-46/14) (1)

((Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Drittijiet għall-pensjoni miksuba, qabel id-dħul fis-servizz tal-Unjoni, taħt skema nazzjonali tal-pensjoni - Trasferiment lejn l-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni - Proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz - Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà - Kunċett ta’ att li jikkawża preġudizzju - Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura))

(2016/C 364/64)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Roelof-Jan Wino Hoeve (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment D. de Abreu Caldas, M. de Abreu Caldas u J.-N. Louis, avukati, sussegwentement J.-N. Louis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u G. Gattinara, aġenti, sussegwentement G. Gattinara, aġent, finalment G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent lejn l-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni li tapplika d-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Roelof-Jan Wino Hoeve għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 212, 7.7.2014, p. 47.