6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/30 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2014 – DL vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-13/14) (1)
((Tħassir - Rinunzja għall-atti mir-rikorrenti - Artikolu 89(7) tar-Regoli tal-Proċedura - Ftehim tal-partijiet fuq l-ispejjeż))
2014/C 351/40
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: DL (Orp–Jauche, il-Belġju) (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u V. Joris, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba għal estensjoni tal-awtorizzazzjoni minn qabel mogħtija għar-rimbors tal-ispejjeż ta’ terapija għal logopedija ta’ bin ir-rikorrent fil-kuntest tat-trattament tal-marda gravi tiegħu, għas-sena 2012/2013.
Dispożittiv
1) |
Il-Kawża F-13/14 hija mħassra mir-reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. |
2) |
DL u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż skont il-ftehim tagħhom. |
(1) ĠU C 102, 7.4.2014, p. 46.