21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/47


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-5 ta’ Frar 2016 – GV vs SEAE

(Kawża F-137/14) (1)

((Servizz Pubbliku - Persunal tas-SEAE - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Kuntratt għal żmien indeterminat - Artikolu 47(ċ) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Raġunijiet għat-tkeċċija - Ksur tar-rabta ta’ fiduċja - Dritt għal smigħ - Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Danni materjali - Danni morali)

(2016/C 106/57)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: GV (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u M. Silva, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għal annullament tad-deċiżjoni tas-SEAE li tirrexxindi l-kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat tar-rikorrent u talba għad-danni fir-rigward tad-danni morali u materjali allegatament imġarrba.

Dispożittiv

1.

Id-deċiżjoni tad-29 ta’ Jannar 2014 li permezz tagħha d-direttur tad-Direttorat “Riżorsi Umani” tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, li qed jaġixxi bħala awtorità awtorizzata li tikkonkludi kuntratti ta’ impjieg, iddeċieda li jirrexxindi il-kuntratt ta’ impjieg ta’ GV b’effett mill-31 ta’ Awwissu 2014 hija annullata.

2.

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna huwa kkundannat iħallas lil GV, b’kumpens tad-danni morali subiti minn dan tal-aħħar, ammont ta’ EUR 5 000.

3.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4.

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż esposti minn GV.


(1)  ĠU C 34, 2/2/2015, p. 54.