24.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 279/52 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 – Murariu vs EIOPA
(Kawża F-116/14) (1)
((Servizz pubbliku - Persunal tal-EIOPA - Membru tal-persunal temporanju - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Rekwiżit ta’ esperjenza professjonali minima ta’ tmien snin - Kandidat intern li diġà ġie kkonfermat fil-funzjonijiet tiegħu ta’ membru tal-persunal temporanju fi tmiem stage - Assenjazzjoni provviżorja għall-impjieg il-ġdid li tfisser klassifikazzjoni fi grad ogħla - Żball materjali li jinsab fl-avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Irtirar tal-offerta ta’ impjieg - Applikabbiltà tad-DĠI - Konsultazzjoni tal-Kumitat tal-Persunal - Aspettattivi leġittimi))
(2015/C 279/65)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Simona Murariu (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenuta: L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (rappreżentanti: C. Coucke, aġent, F. Tuytschaever, avukat)
Suġġett
It-talba għal annullament tad-deċiżjoni tad-Direttur eżekuttiv tal-Awtorità Ewroprea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet (EIOPA) li tirtira deċiżjoni preċedenti li taħtar lir-rikorrenti bħala membru tal-persunal temporanju fil-grad AD8 u talba għad-danni fir-rigward tad-dannu materjali u morali allegatament imġarrab.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tal-24 ta’ Frar 2014 tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol hija annullata sa fejn:
|
2) |
Il-bqija tat-talbiet għal annullament huma miċħuda. |
3) |
L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol hija kkundannata li tikkumpensa d-dannu materjali lil S. Murariu, li sofriet bejn is-16 ta’ Settembru 2013 u l-24 ta’ Frar 2014, sal-ammont li jikkorrispondi għad-differenza fir-remunerazzjoni bejn il-gradi AD 6 u AD 8, miżjud bl-interessi moratorji, mis-16 ta’ Settembru 2013, bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament matul il-perijodu kkonċernat u miżjuda b’żewġ punti. |
4) |
Il-kumplament tat-talbiet għall-kumpens huma miċħuda. |
5) |
L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata li tbati l-ispejjeż sostnuti minn S. Murariu. |
(1) ĠU C 26, 26.01.2015, p. 47.