|
24.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 279/51 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 – EJ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-112/14) (1)
((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal - Regolament Nru 1023/2013 - Tipi ta’ pożizzjonijiet - Regoli tranżitorji dwar il-klassifikazzjoni fit-tipi ta’ pożizzjonijiet - Artikolu 30(2) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Amministraturi ġuristi fil-grad AD 13 tas-Servizz Ġuridiku tal-Kummissjoni - Sitwazzjoni tal-“Konsulenti Ġuridiċi” u tal-“membri tas-Servizz Ġuridiku” - Modalitajiet ta’ aċċess għall-grad AD 13 taħt ir-Regolamenti tal-Persunal tal-2004 - Promozzjoni skont l-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal - Ħatra skont l-Artikolu 29(1) tar-Regolamenti tal-Persunal - Klassifikazzjoni fit-tipi ta’ pożizzjonijiet “konsulent jew ekwivalenti” u “amministratur fi tranżizzjoni” - Att li jikkawża preġudizzju - Kunċett ta’ “responsabbiltajiet sinifikanti” - Kunċett ta’ “responsabbiltajiet speċjali” - Ugwaljanza fit-trattament - Eliġibbiltà għall-promozzjoni għall-grad AD 14 - Aspettattivi leġittimi - Prinċipju ta’ ċertezza legali))
(2015/C 279/64)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: EJ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall, C. Ehrbar u G. Gattinara, aġenti)
Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u M. Veiga, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra li jikklassifikaw lir-rikorrenti, skont ir-regoli l-ġodda ta’ karriera u promozzjoni applikabbli wara r-riforma tar-Regolamenti tal-Persunal tal-1 ta’ Jannar 2014, fit-tip ta’ pożizzjoni “amministratur prinċipali fi tranżizzjoni” u li jċaħħduhom, skonthom, milli jkunu eliġibbli għall-promozzjoni għall-grad AD 14, u sussegwentement għall-konstatazzjoni tal-illegalità tal-Artikolu 30(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal.
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjonijiet individwali, kif ikkonkretizzati permezz ta’ nota mdaħħla wara l-1 ta’ Jannar 2014 fil-fajls individwali kkompjuterizzati tar-rikorrenti, adottati mill-Awtorità tal-Ħatra tal-Kummissjoni Ewropea u li jikklassifikaw lil EJ u lir-rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom, reżi anonimi, jinsabu fl-anness, fil-pożizzjoni intitolata, fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea, “amministratur prinċipali fi tranżizzjoni”, li tikkorrispondi għat-tip ta’ pożizzjoni “amministratur fi tranżizzjoni” skont ir-Regolamenti tal-Persunal, huma annullati. |
|
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti minn EJ u mir-rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom, reżi anonimi, jinsabu fl-anness. |
|
3) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu. |