29.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/44


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Mejju 2015 – Pohjanmäki vs Il-Kunsill

(Kawża F-44/14) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Eżami komparattiv tal-merti - Rwoli rispettivi tal-Awtorità tal-Ħatra u tal-KKP - Assenza ta’ rapporti ta’ evalwazzjoni - Nuqqas ta’ konsultazzjoni tar-rapporti ta’ evalwazzjoni mill-membri tal-KKP - Kompatibbiltà tal-funzjonijiet ta’ relatur fi ħdan il-KKP u l-ex evalwatur - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Anzjanità fil-grad - Livell ta’ responsabbiltajiet eżerċitati - Dmir ta’ premura))

(2015/C 213/71)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Jaana Pohjanmäki (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer, E. Rebasti u M. Veiga, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li r-rikorrenti ma tiġix promossa għall-grad AD 13 u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-danni morali allegatament subiti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

J. Pohjanmäki għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati nofs l-ispejjeż sostnuti minn J. Pohjanmäki.


(1)  ĠU C 212, 07.07.2014, p. 46.