11.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/41


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-23 ta’ Marzu 2015 – Borghans vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-6/14) (1)

((Servizz pubbliku - Remunerazzjoni - Pensjoni tas-superstiti - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Konjuġi divorzjat ta’ uffiċjal mejjet - Eżistenza ta’ pensjoni għall-manteniment fid-data tal-mewt tal-uffiċjal - Artikolu 42 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Terminu għall-preżentata ta’ talba għall-likwidazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni))

(2015/C 155/60)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Julia Borghans (Auderghem, il-Belġju) (rappreżentanti: F. Van der Schueren u C. Lefèvre, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u A.-C. Simon, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta lir-rikorrenti l-għoti ta’ pensjoni tas-superstiti wara l-mewt tal-ex konjuġi tagħha.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-3 ta’ Ġunju 2013 li biha l-Kummissjoni Ewropea rrifjutat li tagħti pensjoni tas-superstiti lil J. Borghans hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż ta’ J. Borghans.


(1)  ĠU C 85, 22.03.2014, p. 28.