Kawża C‑78/14 P‑R

Il-Kummissjoni Ewropea

vs

ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias

“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Appell — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Is-Seba’ Programm Qafas għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) — Kuntratti li jikkonċernaw il-proġetti Oasis u Perform — Sospensjoni tal-pagamenti — Irregolaritajiet ikkonstatati fil-kuntest ta’ verifiki dwar proġetti oħra — Kundanna tal-Kummissjoni Ewropea sabiex twettaq il-pagamenti — Insolvabbiltà manifesta tal-benefiċjarju — Fumus boni juris — Dannu gravi u irreparabbli — Urġenza — Ibbilanċjar tal-interessi”

Sommarju — Digriet tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ April 2014

  1. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni

    (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 60; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 160(3))

  2. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Eżami prima facie tal-motivi invokati insostenn tar-rikors prinċipali – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali mressqa fil-kuntest ta’ appell minn din is-sentenza – Neċessità ta’ eżami fid-dettall tal-ammissibbiltà u tal-fondatezza tal-ilmenti mressqa fil-kuntest tal-appell – Appell li prima facie ma huwiex infondat

    (Artikolu 278 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 60)

  3. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali li tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas somom lil kumpannija li tinsab f’sitwazzjoni finanzjarja li hija viċin ta’ falliment – Riskju prevedibbli li l-imsemmija somom jintilfu b’mod irrimedjabbli għall-baġit tal-Unjoni – Dannu kkunsidrat li huwa gravi u irreparabbli

    (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 60)

  4. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali li tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas somom lil kumpannija li tinsab f’sitwazzjoni finanzjarja li hija viċin ta’ falliment – Neċessità li tiġi żgurata l-effettività tad-deċiżjoni li għad tkun trid tingħata fir-rigward tar-rikors prinċipali

    (Artikolu 278 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 60)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 14)

  2.  Fil-qasam tal-proċeduri għal miżuri provviżorji, il-kundizzjoni dwar l-eżistenza ta’ fumus boni juris tkun issodisfatta meta jkun hemm kwistjoni legali importanti li s-soluzzjoni tagħha ma tkunx evidenti, b’tali mod li, prima facie, l-appell ma jkunx nieqes minn bażi serja. Fil-fatt, peress li l-iskop tal-proċedura għal miżuri provviżorji huwa li tiġi ggarantita l-effikaċja sħiħa tad-deċiżjoni finali li tkun għad trid tingħata, sabiex tiġi evitata lakuna fil-protezzjoni ġudizzjarja żgurata mill-Qorti tal-Ġustizzja, l-Imħallef għal miżuri provviżorji għandu jevalwa biss “prima facie” l-fondatezza tal-motivi invokati fil-kuntest tat-tilwima dwar il-mertu sabiex jistabbilixxi jekk hemmx probabbiltà suffiċjentement kbira li r-rikors ikollu eżitu pożittiv.

    Meta l-eżami mill-Qorti Ġenerali tat-tilwima li hija s-suġġett tal-appell kien jeħtieġ l-evalwazzjoni, minn din tal-aħħar, ta’ sett ta’ elementi kkostitwit minn punti ta’ liġi, kif ukoll mill-klassifikazzjoni legali, mill-evalwazzjoni u mill-konstatazzjoni tal-fatti, b’tali mod li l-evalwazzjoni tal-ammissibbiltà u tal-fondatezza tal-ilmenti mressqa fil-kuntest tal-appell teħtieġ eżami fid-dettall, l-appell għandu jitqies, fl-istadju tal-proċedura għal miżuri provviżorji, bħala li bl-ebda mod ma huwa nieqes mill-possibbiltà li jkollu eżitu pożittiv fir-rigward tal-mertu.

    (ara l-punti 15-17)

  3.  Il-kundizzjoni dwar l-urġenza li tintlaqa’, bħala miżura provviżorja, talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali, li tkun is-suġġett ta’ appell u li tikkundanna lil istituzzjoni tal-Unjoni tħallas somom, flimkien ma’ interessi moratorji, lil kumpannija, tkun issodisfatta meta din il-kumpannija tkun verament tinsab f’sitwazzjoni finanzjarja li hija viċin ta’ falliment. F’dan il-każ, il-ħlas lill-imsemmija kumpannija tas-somom imsemmija fis-sentenza jista’ jwassal għat-telf b’mod irrimedjabbli ta’ dawn is-somom għall-baġit tal-Unjoni. Il-fatt li l-imsemmija istituzzjoni u, għaldaqstant, il-finanzi pubbliċi tal-Unjoni, iġarrbu t-telf ta’ somma ta’ flus ta’ ammont li oġġettivament huwa ammont mhux negliġibbli, għandu jitqies li jikkostitwixxi dannu gravi għall-finijiet ta’ din il-proċedura għal miżuri provviżorji.

    (ara l-punti 27, 34)

  4.  Fir-rigward tal-ibbilanċjar tal-interessi preżenti fil-kuntest ta’ talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali, fi proċedura għal miżuri provviżorja mressqa fil-kuntest ta’ appell minn din is-sentenza, il-fatt li kumpannija tiġi mċaħħda mill-possibbiltà li tikseb l-eżekuzzjoni immedjata tal-imsemmija sentenza tal-Qorti Ġenerali li tikkundanna lil istituzzjoni tal-Unjoni tħallas lil din il-kumpannija somom flimkien ma’ interessi moratorji, u għalhekk milli tirċievi mingħajr dewmien is-somom inkwistjoni, ma jistax iċaħħadha definittivament, u lanqas ma jista’ jċaħħad lill-kredituri tagħha, jekk ikun il-każ, mill-benefiċċju tad-drittijiet tagħha fl-eventwalità li l-appell jiġi sussegwentement miċħud. Barra minn hekk, il- ħlas tal-interessi moratorji fuq l-ammont prinċipali huwa kkunsidrat li jikkumpensa, jekk ikun il-każ, id-dannu marbut ma’ dewmien fl-eżekuzzjoni tas-sentenza. Għall-kuntrarju, kif ġie kkonstatat, eżekuzzjoni immedjata tista’ tkun ta’ natura li tikkawża dannu irreparabbli għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni protetti mill-Kummissjoni. Għaldaqstant, is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni mitluba hija meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-effettività tas-sentenza li tagħlaq il-proċedura tal-appell fl-eventwalità li din tannulla s-sentenza appellata.

    (ara l-punti 37, 38)

Kawża C‑78/14 P‑R

Il-Kummissjoni Ewropea

vs

ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias

“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Appell — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Is-Seba’ Programm Qafas għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) — Kuntratti li jikkonċernaw il-proġetti Oasis u Perform — Sospensjoni tal-pagamenti — Irregolaritajiet ikkonstatati fil-kuntest ta’ verifiki dwar proġetti oħra — Kundanna tal-Kummissjoni Ewropea sabiex twettaq il-pagamenti — Insolvabbiltà manifesta tal-benefiċjarju — Fumus boni juris — Dannu gravi u irreparabbli — Urġenza — Ibbilanċjar tal-interessi”

Sommarju — Digriet tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ April 2014

  1. Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Fumus boni juris — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Natura kumulattiva — Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni

    (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 60; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 160(3))

  2. Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Fumus boni juris — Eżami prima facie tal-motivi invokati insostenn tar-rikors prinċipali — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali mressqa fil-kuntest ta’ appell minn din is-sentenza — Neċessità ta’ eżami fid-dettall tal-ammissibbiltà u tal-fondatezza tal-ilmenti mressqa fil-kuntest tal-appell — Appell li prima facie ma huwiex infondat

    (Artikolu 278 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 60)

  3. Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali li tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas somom lil kumpannija li tinsab f’sitwazzjoni finanzjarja li hija viċin ta’ falliment — Riskju prevedibbli li l-imsemmija somom jintilfu b’mod irrimedjabbli għall-baġit tal-Unjoni — Dannu kkunsidrat li huwa gravi u irreparabbli

    (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 60)

  4. Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali li tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas somom lil kumpannija li tinsab f’sitwazzjoni finanzjarja li hija viċin ta’ falliment — Neċessità li tiġi żgurata l-effettività tad-deċiżjoni li għad tkun trid tingħata fir-rigward tar-rikors prinċipali