|
9.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 81/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeus (il-Finlandja) fit-30 ta’ Diċembru 2014 – Virpi Komu, Hanna Ruotsalainen u Ritva Komu vs Pekka Komu u Jelena Komu
(Kawża C-605/14)
(2015/C 081/11)
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Korkein oikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Virpi Komu, Hanna Ruotsalainen u Ritva Komu
Konvenuti: Pekka Komu u Jelena Komu
Domanda preliminari
L-Artikolu 22(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 (1) dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li azzjoni li biha parti mill-koproprjetarji ta’ proprjetà immobbli titlob li jiġi ordnat il-bejgħ tagħha bil-għan li tiġi xolta r-relazzjoni ta’ koproprjetà u li jiġi appuntat mandatarju bil-għan tal-implementazzjoni tal-bejgħ tikkostitwixxi azzjoni dwar drittijiet fuq proprjetà immobbli in rem fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.