27.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 138/26 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2014 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-595/14)
(2015/C 138/36)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: F. Drexler, A. Caiola u M. Pencheva, aġenti)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
— |
tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/688/UE, tal-25 ta’ Settembru 2014, li tissottoponi 4-iodjo-2,5-dimetossi-N-(2-metossibenzil)fenetilamina (25I-NBOMe), 3,4-dikloro-N-[[1-(dimetilamino)ċikloessil]metil]benzamida (AH-7921), 3,4-metilenediossipirovaleron (MDPV) u 2-(3-metossifenil)-2-(etilamino)ċikloessanon (metossetamina) għal miżuri ta’ kontroll (1); |
— |
iżżomm l-effetti tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/68/UE, sal-mument meta tiġi ssostitwita b’att ġdid adottat fil-forma stabbilita; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, il-Parlament Ewropew jinvoka żewġ motivi.
L-ewwel motiv jirrigwarda l-użu mill-Kunsill ta’ bażi legali mħassra bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona u alternattivament, ta’ bażi legali sekondarja, li, bħala tali, konformement mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, hija illegali.
It-tieni motiv jirrigwarda l-użu mill-Kunsill ta’ proċedura deċiżjonali għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2014/688/UE li ma hijiex legalment korretta. Il-Parlament ma ġiex involut fil-proċedura li wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. Minn dan il-Parlament, konsegwentement, jiddeduċi ksur tat-Trattati u tal-forom proċedurali sostanzjali.
Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li tannulla d-deċiżjoni kkontestata, il-Parlament Ewropew iqis li jkun opportun li l-Qorti tal-Ġustizzja teżerċita d-diskrezzjoni tagħha sabiex iżżomm l-effetti tad-deċiżjoni kkontestata, konformement mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 264 TFUE, sal-mument meta tiġi ssostitwita b’att ġdid adottat fil-forma stabbilita.