29.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 111/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Landesverwaltungsgericht Oberösterreich (l-Awstrija) fis-17 ta’ Diċembru 2014 – Manfred Naderhirn

(Kawża C-581/14)

(2016/C 111/03)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesverwaltungsgericht Oberösterreich

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Manfred Naderhirn

Partijiet oħra fil-proċedura: Mag. Jungwirth u. Mag. Fabian OHG, Krenn KG, Michael Weber, Übermaßer KG, Gundhild Mayr

B’deċiżjoni tal-15 ta’ Ottubru 2015, il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi kif ġej:

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi sitwazzjoni legali nazzjonali li hija kkaratterizzata, minn naħa, mill-fatt li ma jeżistux dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw il-kwistjoni dwar kif qorti nazzjonali hija mitluba tieħu inkunsiderazzjoni ta’ dak li jirriżulta minn sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li dispożizzjoni nazzjonali għandha titqies li tmur kontra d-dritt tal-Unjoni, u dan meta tittratta l-kawżi pendenti quddiemha u, min-naħa l-oħra, mill-eżistenza ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali, skont liema l-qorti inkwistjoni hija marbuta b’mod inkundizzjonat mal-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mogħtija minn qorti nazzjonali oħra, sa fejn il-qorti nazzjonali inkwistjoni hija prekluża, minħabba tali dispożizzjoni legali nazzjonali, milli tiżgura li s-supremazija tad-dritt tal-Unjoni tiġi ggarantita b’mod xieraq, billi tieħu l-miżuri neċessarji kollha għal dan l-għan fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni tagħha.